Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Mejju 2007 - F vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-324/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance ta' l-espatrijazzjoni - Rikors għal annullament - Rikors għal danni - Artikolu 4(1)(a) ta' l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kunċett ta' organizzazzjoni internazzjonali - Residenza ordinarja u attività professjonali prinċipali - Rifjut retroattiv ta' l-allowance ta' l-espatrijazzjoni - Irkupru ta' somma indebitament imħallsa")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: F (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: H. Krämer, aġent)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu li jagħtu lir-rikorrent, b'effett retroattiv, l-allowance ta' l-espatrijazzjoni u li jistabbilixxu l-metodu għall-irkupru tas-somom indebitament imħallsa f'dan ir-rigward u, min-naħa l-oħra, talba għar-rimbors tas-somom kollha li ġew jew li se jiġu mnaqqsa mis-salarju tar-rikorrent minn Frar 2004, flimkien ma' l-interessi, kif ukoll talba għal danni intiża sabiex jingħata kumpens għad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 300 ta' l-4.12.2004.