Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Frar 2008 - Citigroup vs L-UASI - Link Interchange Network (WORLDLINK)

(Kawża T-325/04)1

("Trade mark Komunitarja - Proċeduri ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali WORLDLINK - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti LiNK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probbabiltà ta' konfużjoni - Limitazzjoni tas-servizzi indikati fl-applikazzjoni għal trade mark - Identiċità tas-servizzi - Xebħ bejn is-sinjali - Artikoli 73 u 74 tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Citigroup, Inc., preċedentement Citicorp (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: l-ewwel V. von Bomhard, A. Renck, A. Pohlmann, avukati, u C. Schulte, solicitor, u wara V. von Bomhard u A. Renck)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P.Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Link Interchange Network Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. McFarland, barrister, u T. Brown, solicitor)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-18 ta' Mejju 2004 (Każ R 789/2002-1), dwar proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Link Interchange Network Ltd u Citigroup, Inc.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Citigroup, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 273, 6.11.2004.