Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH C-884/19 P), GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, Il-Kummissjoni Ewropea (C-888/19 P)

(Kawżi magħquda C-884/19 P u C-888/19 P) 1

(Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ ħġieġ solari li joriġina miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Artikolu 2(7)(b) u (ċ) – Status ta’ impriża li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq – Rifjut – Kunċett ta’ “distorsjoni importanti kkawżata mis-sistema ekonomika ta’ qabel li ma kinitx tas-suq”, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 2(7)(ċ) – Vantaġġi fiskali)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, sussegwentement minn L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti) (C-884/19 P), GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor) (C-888/19 P)

Partijiet oħra fil-proċedura: Xinyi PV Products (rappreżentanti: Y. Melin u B. Vigneron, avocats), (C-884/19 P u C-888/19 P) GMB Glasmanufaktur Brandenburg GmbH (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor) (C-884/19 P), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, T. Maxian Rusche u A. Demeneix, sussegwentement minn L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti) (C-888/19 P)

Dispożittiv

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta’ Settembru 2019, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings vs Il-Kummissjoni (T-586/14 RENV, EU:T:2016:668), hija annullata.

Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni sar-raba’ motiv imqajjem quddiemha.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1     ĠU C 54, 17.2.2020.

    ĠU C 45, 10.2.2020.