Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 - Sundholm vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta' żvilupp ta' karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2004 - Għanjiet u kriterji ta' evalwazzjoni - Danni)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Asa Sundholm (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S.Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u M. Velardo, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Minn naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera tar-rikorrenti għas-sena 2004 u, min-naħa l-oħra, talba għal danni
Dispożittiv
Ir-rapport ta' żvilupp tal-karriera tas-Sinjura Sundholm stabbilit għall-perijodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2004 huwa annullat.
Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija ordnata tbati l-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 131, 03.06.2006, p.54.