Language of document : ECLI:EU:T:2013:686





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2013 – Carbunión vs Il-Kunsill

(Kawża T‑176/11)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni dwar għajnuna biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi – Annullament parzjali – Indiviżibbiltà – Inammissibbiltà”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Iffissar tal-għan tat-talba – Tibdil tat-talbiet inizjali fl-istadju tal-osservazzjonijiet dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1) u 48(2)) (ara l-punti 21, 22, 26, 27)

2.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Annullament parzjali – Kundizzjoni – Natura diviżibbli tad-dispożizzjonijiet ikkontestati – Dispożizzjonijiet ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar għajnuna intiża li tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li ma humiex kompetittivi – Annullament li jinvolvi bdil fis-sustanza tad-deċiżjoni – Kundizzjoni mhux sodisfatta – Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1407/2002; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787) (ara l-punti 31, 32, 36-40, 48, 51)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/787/UE, tal-10 ta’ Diċembru 2010, dwar għajnuna mill-Istat biex jiġi ffaċilitat l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam li mhumiex kompettitivi (ĠU L 336, p. 24).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk inkorsi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inkluż dawk dwar il-miżuri provviżorji.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.