Language of document : ECLI:EU:T:2012:602

DIGRIET TAL‑QORTI ĠENERALI (Awla tal‑Appell)

15 ta’ Novembru 2012

Kawża T‑286/11 P

Luigi Marcuccio

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kumpens għad‑dannu kkawżat mill‑fatt li ittra dwar l‑ispejjeż ta’ kawża ntbagħtet lill‑avukat li rrappreżenta lir‑rikorrent f’din il‑kawża — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Appell mid‑digriet tat‑Tribunal għas‑Servizz Pubbliku tal‑Unjoni Ewropea (It‑Tieni Awla) tas‑16 ta’ Marzu 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni (F‑21/10), intiż għall‑annullament ta’ dan id‑digriet.

Deċiżjoni:      L‑appell huwa miċħud. Luigi Marcuccio għandu jbati l‑ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kummissjoni Ewropea fil‑kuntest ta’ din l‑istanza.

Sommarju

1.      Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal‑istituzzjonijiet — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Deċiżjoni vvizzjata bi ksur tad‑dritt għall‑kunfidenzjalità — Kundizzjoni mhux suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita r‑responsabbiltà mhux kuntrattwali tal‑Unjoni — Realtà tad‑dannu u rabta kawżali — Oneru tal‑prova

(It‑tieni paragrafu tal‑Artikolu 340 TFUE)

2.      Appell — Aggravji — Neċessità ta’ kritika preċiża ta’ punt tar‑raġunament tat‑Tribunal għas‑Servizz Pubbliku

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11; Regoli tal‑Proċedura tal‑Qorti Ġenerali, il‑punt (ċ) tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 138(1))

3.      Appell — Aggravji — Stħarriġ mill‑Qorti Ġenerali tar‑rifjut mit‑Tribunal għas‑Servizz Pubbliku li jordna miżuri istruttorji — Portata

(Regoli tal‑Proċedura tat‑Tribunal għas‑Servizz Pubbliku, Artikolu 58(1))

4.      Appell — Aggravji — Aggravju fformulat kontra motiv tas-sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id‑dispożittiv tagħha — Aggravju ineffettiv

5.      Appell — Aggravji — Aggravju mressaq kontra d‑deċiżjoni tat‑Tribunal għas‑Servizz Pubbliku dwar l‑ispejjeż — Inammissibbiltà fil‑każ ta’ ċaħda tal‑aggravji l‑oħra kollha

(Statut tal‑Qorti tal‑Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(2))

1.      Sabiex tiġi stabbilita r‑responsabbiltà mhux kuntrattwali tal‑Unjoni huwa meħtieġ li jkunu ssodisfatti numru ta’ kundizzjonijiet kumulattivi dwar l‑illegalità tal‑aġir li bih tkun ikkritikata l‑istituzzjoni konvenuta, dwar ir‑realtà tad‑dannu allegat u dwar l‑eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l‑aġir ikkritikat u d‑dannu invokat.

Il‑fatt li deċiżjoni ta’ istituzzjoni tkun ivvizzjata b’illegalità, bħalma huwa ksur tad‑dritt għall‑kunfidenzjalità, ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita r‑responsabbiltà mhux kuntrattwali tal‑Unjoni peress li sabiex tiġi stabbilita tali responsabbiltà huwa meħtieġ li r‑rikorrent jirnexxielu juri r‑realtà tad‑dannu allegat minnu u r‑rabta kawżali bejn dan id‑dannu u l‑illegalità invokata.

(ara l‑punti 48, 49 u 53)

Referenza:

Il‑Qorti Ġenerali: 28 ta’ Settembru 2009, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑46/08 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑77 u II‑B‑1‑479, punt 66, u l‑ġurisprudenza ċċitata; 6 ta’ Lulju 2010, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑401/09, mhux ippubblikata fil‑Ġabra, punt 26; 16 ta’ Diċembru 2010, Il‑Kummissjoni vs Petrilli, T‑143/09 P, punt 45, u l‑ġurisprudenza ċċitata

2.      Ara t‑test tad‑deċiżjoni.

(ara l‑punti 56 u 57)

Referenza:

Il‑Qorti tal‑Ġustizzja: 4 ta’ Lulju 2000, Bergaderm u Goupil vs Il‑Kummissjoni, C‑352/98 P, Ġabra p. I‑5291, punt 34; 8 ta’ Jannar 2002, Franza vs Monsanto u Il‑Kummissjoni, C‑248/99 P, Ġabra p. I‑1, punt 68; 28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il‑Kummissjoni, C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C‑208/02 P u C‑213/02 P, Ġabra p. I‑5425, punt 426

Il‑Qorti Ġenerali: 19 ta’ Marzu 2010, Bianchi vs ETF, T‑338/07 P, punt 59

3.      Ara t‑test tad‑deċiżjoni.

(ara l‑punti 59 sa 63)

Referenza:

Il‑Qorti tal‑Ġustizzja: 14 ta’ Ottubru 2004, Antas de Campos vs Il‑Parlament, C‑279/02 P, mhux ippubblikata fil‑Ġabra, punti 32 u 35; 4 ta’ Ottubru 2007, Olsen vs Il‑Kummissjoni, C‑320/05 P, mhux ippubblikata fil‑Ġabra, punti 63 u 64; 9 ta’ Ġunju 2011, Diputacion Foral de Vizcaya et vs Il‑Kummissjoni, C‑465/09 P sa C‑470/09 P, mhux ippubblikata fil‑Ġabra, punt 108

4.      Ara t‑test tad‑deċiżjoni.

(ara l‑punt 66)

Referenza:

Il‑Qorti tal‑Ġustizzja: 29 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, Ġabra p. I‑3801, punt 68, u l‑ġurisprudenza ċċitata

5.      Ara t‑test tad‑deċiżjoni.

(ara l‑punt 69)

Referenza:

Il‑Qorti Ġenerali: 20 ta’ Ġunju 2011, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑256/10 P, punt 77