Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2013 – Three-N-Products vs UASI - Munindra (PRANAYUR)

(Kawża T-543/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Colombo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell fil-Każ Nru R 638/2012-4 tal-25 ta’ Lulju 2013 fl-intier tagħha, u konsegwentement, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata PRANAYUR;

tordna lill-UASI jħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Private Ltd;

tordna lil Munindra Holding B.V. tħallas l-ispejjeż sostnuti minn Three-N-Products Privata Ltd.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark “PRANAYUR” għal prodotti fil-klasssijiet 5 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 170 095

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark “AYUR” u t-trade mark figurattivi li jinkludu l-element verbali “Ayur”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.