Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2013 – Société européenne des chaux et liants vs ECHA

(Kawża T-540/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société européenne des chaux et liants (Bourgoin-Jallieu, Franza) (rappreżentant: J. Dezarnaud, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ t-talba tal-kumpannija ECL li purament u sempliċement tinħeles mill-multa li ġiet innotifikata biha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti titlob il-ħelsien tagħha mill-ħlas amministrattiv impost permezz tad-Deċiżjoni SME (2013) 1665 tal-ECHA, tal-21 ta’ Mejju 2013, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax il-kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mit-tnaqqis tat-tariffa previst għall-impriżi ż-żgħar wara d-dikjarazzjoni tagħha ta’ rettifika ppreżentata wara l-bidu mill-ECHA tal-proċedura ta’ verifika tad-daqs tal-impriża.Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ċertu numru ta’ motivi bbażati:fuq il-fatt li s-sanzjoni adottata hija sproporzjonata fid-dawl tal-iżball li jista’ jiġi attribwit lilha;fuq il-fatt li hija rregolarizzat id-dikjarazzjoni tagħha mal-ewwel talba fuq is-sempliċi interrogazzjoni tal-ECHA;fuq il-fatt li huwa skużabbli li hija interpretat b’mod żbaljat fajl li huwa tekniku ħafna u redatt f’lingwa li ma hijiex il-lingwa tagħha;fuq in-natura mhux raġonevoli ta’ sanzjoni awtomatika.