Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – Dyson vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/13)1

[“Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 665/2013 – Kompetenza tal-Kummissjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dyson Ltd (Malmesbury, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, E. Batchelor u M. Healy, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013, tat-3 ta’ Mejju 2013, li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU L 192, p. 1)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Dyson Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 344, 23.11.2013.