Language of document : ECLI:EU:T:2015:898





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas‑26 ta’ Novembru 2015 –
Abertis Telecom u Retevisión I vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑541/13)

“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Vantaġġ – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Għajnuna ġdida – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Ammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 40‑43)

2.                     Rikors għal annullament – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Preżentata ta’ rikors uniku u l-istess minn żewġ rikorrenti – Ammissibbiltà tar-rikors ta’ wieħed mir-rikorrenti – Ħtieġa li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tat-tieni rikorrent – Assenza (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 44)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Interventi konsekuttivi tal-Istat li bejniethom jeżistu rabtiet indissoċjabbli – Evalwazzjoni tal-miżuri kollha meħuda – Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 53, 54)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Eżami ta’ skema ta’ għajnuna meħuda fil-globalità tagħha – Ammissibbiltà (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punt 54)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Motiv, mhux imsemmi fid-deċiżjoni kkontestata, imressaq minn din tal-aħħar fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikoli 107 TFUE u 296 TFUE) (ara l-punt 61)

6.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat – Annullament ta’ tali deċiżjoni – Kundizzjonijiet (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 64, 112)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sostnuti minn impriża – L-ewwel kundizzjoni stabbilita fis-sentenza Altmark – Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar – Assenza ta’ impriża benefiċjarja effettivament responsabbli għall-eżekuzzjoni ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku – Inklużjoni fil-kunċett (Artikoli 14 TFUE u 107(1) TFUE; Protokoll Nru 26 anness mat-trattati UE u FUE) (ara l-punti 71, 78‑81, 83‑86, 88, 91‑93)

8.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Determinazzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Distinzjoni bejn provvista tas-servizz ta’ xandir u t-tħaddim tan-netwerks ta’ xandir – Ammissibbiltà (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 97‑101)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Evalwazzjoni libera tal-fatti u tal-provi (ara l-punt 102)

10.                     Kompetizzjoni – Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Settur tax-xandir – Definizzjoni ta’ servizz ta’ tħaddim ta’ netwerks bħala servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika (Artikoli 107(1) TFUE u 108 TFUE) (ara l-punti 105, 106, 110)

11.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 116)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 122, 123, 131)

13.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Eżami mill-Kummissjoni – Komunikazzjoni dwar il-mogħdija għad-diġitali – Natura ġuridika – Regoli ta’ kondotta indikattivi li jimplikaw restrizzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni minnha stess (Artikoli 107(3) TFUE u 108 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2003) 541 finali) (ara l-punt 126)

14.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern – Evalwazzjoni fid-dawl tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ prattika preċedenti – Esklużjoni (Artikolu 107(3)(ċ) TFUE) (ara l-punti 127, 139)

15.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni eżistenti fil-mument tal-adozzjoni tal-miżura (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 135, 136, 138, 140)

16.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-persuna li tagħti l-għajnuna u fuq il-benefiċjarju potenzjali tal-għajnuna (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punt 143)

17.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Miżura li timmodifika skema ta’ għajnuna eżistenti – Klassifikazzjoni tas-sistema bħala għajnuna ġdida (Artikolu 108(1) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(ċ)); Regolament tal-Kummissjoni Nru 794/2004, Artikolu 4(1)) (ara l-punti 155‑159)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad‑19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Abertis Telecom, SA u Retevisión I, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.