Language of document : ECLI:EU:T:2013:421





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 —
“Rauscher” Consumer Products vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ tampun)

(Kawża T‑492/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tampun sanitarju — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 12, 13)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks tridimensjonali li huma kkostitwiti mill-forma tal-prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 14-16)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark figurattiva kkostitwita mir-rappreżentazzjoni bidimensjonali ta’ prodott — Karattru distintiv — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 17)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta tampun sanitarju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20-28)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju (ara l-punt 30)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-20 ta’ Lulju 2011 (Każ R 2168/2010 1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tampun sanitarju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

“Rausche” Consumer Products GmbH għandha tbati l-ispejjeż.