Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Settembru 2009 - SPAR vs UASI - SPA Group Europe (SPA GROUP)

(Kawża T-378/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SPAR Handelsgesellschaft mbH (Schenefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SPA Group Europe Ltd & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-16 ta' Lulju 2009, fil-Każ R 123/2008-1 minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż għall-proċedimenti tal-oppożizzjoni u tal-appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: SPA Group Europe Ltd & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SPA GROUP" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 41 u 44 (Applikazzjoni Nru 4 038 171)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Ġermaniża "SPAR" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1 sa 36 u 38 sa 41 (Nru 30 108 039.9) u t-trade mark figurattiva Ġermaniża "SPAR" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 39 (Nru 30 404 087.8)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, għaliex ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).