Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2009 - Lorenz Shoe Group vs UASI - Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making (Ganeder)

(Kawża T-374/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lorenz Shoe Group AG (Taufkirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Douglas, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd (Fujian, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell, tas-16 ta' Lulju 2009, fil-Każ R 1289/2008-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Fuzhou Fuan Leather Plastics Clothing Making Co. Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Ganeder" għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 (Applikazzjoni Nru 5 108 774)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti (li kienet shoe fashion group LORENZ AG)

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "Ganter" għal prodotti fil-klassi 25 (Trade mark Komunitarja Nru 469 262) sa fejn l-oppożizzjoni hija intiża biss kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti f'din il-klassi

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 2009, p. 1)