Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - XXXLutz Marken vs UASI - Meyer Manufacturing (CIRCON)

(Kawża T-542/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CIRCON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CIRCULON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv għoli - Reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Drittijiet tad-difiża - Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: XXXLutz Marken GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pannen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meyer Manufacturing Co. Ltd (Kowloon, Hong-Kong) (rappreżentant: M. Fiedler, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Meyer Manufacturing Co. Ltd u XXXLutz Marken GmbH.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Settembru 2010 (Każ R 40/2010-1), hija annullata.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn XXXLutz Marken GmbH.

Meyer Manufacturing Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.