Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta' Jannar 2013 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/10) 

("Fond ta' Koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija mill-Fond f'erba' stadji ta' proġett li jikkonċerna l-kostruzzjoni ta' sezzjonijiet tal-linja ta' veloċità għolja li tgħaqqad lil Madrid u l-fruntiera Franċiża - Terminu għall-adozzjoni ta' deċiżjoni - Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 - Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1386/2002 - Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali - Kunċett ta' 'raġunijiet mhux imbassra' - Artikolu 20(2)(f) tad-Direttiva 93/98/KEE")

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentanti: inizjalment M. Muñoz Pérez, sussegwentement A. Rubio González, abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annulament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6154, tat-13 ta' Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta' Koeżjoni lill-istadji ta' proġett intitolati "Linja ta' veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A" (CCI 2001.ES.16.C.PT.005), "Linja ta' veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d'Anoia)" (CCI 2001.ES.16.C.PT.008), "Linja ta' veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d'Anoia-Gelida)" (CCI 2001.ES.16.C.PT.009), "Linja ta' veloċità għolja Madrid-Saragossa-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C" (CCI 2001.ES.16.C.PT.010) u, sussidjarjament, talba għall-annullament parzjali tal-imsemmija deċiżjoni, sa fejn tikkonċerna l-korrezzjonjiet applikati għall-emendi li jirriżultaw mill-qbiż tal-livelli tal-ħoss (sottosezzjoni IX-A), mill-bidla ta' pjan ġenerali ta' żvilupp urban tal-muniċipalità ta' Santa Oliva (Spanja) (sottosezzjoni IX-A) u mit-tibdil tal-kundizzjonijiet ġeotekniċi (sottosezzonijiet X-B, XI-A, XI-B u IX-C), billi l-ammont tal-korrezzjonijiet deċiżi mill-Kummisjoni jitnaqqsu b'EUR 2 348 201.96.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 30, 29.01.2011.