Language of document :

Appell ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2024 minn OmniActive Health Technologies Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Diċembru 2023 fil-Kawżi MagħqudaT-221/22 u T-242/22, Pharmaselect International u OmniActive Health Technologies vs EUIPO – OmniActive Health Technologies u Pharmaselect International (LUTAMAX)

(Kawża C-165/24 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: OmniActive Health Technologies Ltd (rappreżentanti: M. Hawkins, abogado, u minn C. Zimmer u T. Dolde, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea Office (EUIPO), Pharmaselect International Beteiligungs GmbH

B’digriet tal-14 ta’ Ġunju 2024, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kellux jiġi ammess u li OmniActive Health Technologies Ltd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________