Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 - Bayer CropScience et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-75/06)1

(Direttiva 91/414/KEE - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva endosulfan - Irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq - Proċedura ta' evalwazzjoni - Termini - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta' proporzjonalità)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bayer CropScience AG (Monheim am Rhein, il-Ġermanja); Makhteshim-Agan Holding BV (Rotterdam, l-Olanda); Alfa Georgika Efodia AEVE (Ateni, il-Ġreċja); u Aragonesas Agro, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Doherty u L. Parpala, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: European Crop Protection Association (ECPA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck u N. Rampal, avocats)

Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta' l-Ispanja (rappreżentanti: J. Rodríguez Cárcamo, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/864/KE, tat-2 ta' Diċembru 2005, li tikkonċerna n-nuqqas ta' inklużjoni ta' l-endosulfan fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva (ĠU L 317 p. 25)

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Bayer CropScience AG, Makhteshim-Agan Holding BV, Alfa Georgika Efodia AEVE u Aragonesas Agro, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

3)    Ir-Renju ta' Spanja u l-European Crop Protection Association (ECPA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 96, 22.4.2006.