Language of document : ECLI:EU:T:2013:228





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-6 taʼ Mejju 2013 — Kieffer Omnitec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑288/11)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Manutenzjoni ta’ installazzjonijiet TVKA, sistema taʼ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph-Bech fil-Lussemburgu — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Ugwaljanza fit-trattament — Trasparenza — Proporzjonalità — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kuntratti pubbliċi mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Inapplikabbiltà tad-direttivi li jikkonċernaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi għall-istituzzjonijiet tal-Istati Membri — Eċċezzjoni — Mistoqsijiet dwar il-limiti li jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ pubblikazzjoni, l-għażla tal-proċeduri u t-termini korrispondenti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 105) (ara l-punt 23)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti — Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza — Kriterji previsti għall-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta — Natura ċara, preċiża u mhux ekwivoku — Natura proporzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89(1) u 92) (ara l-punti 25-29, 34, 41)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 46, 47)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika — Inammissibbiltà (Regoli tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 72)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)(a)) (ara l-punti 79-84)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-1 taʼ April 2011, li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura taʼ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-konklużjoni taʼ kuntratt taʼ manutenzjoni taʼ installazzjonijiet TVKA, sistema taʼ tbexxix u installazzjonijiet tal-ilma u tal-ħarsien tas-saħħa tal-bini Joseph Bech fil-Lussemburgu (ĠU 2010/S 241-367523), u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A+P Kieffer Omnitec Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.