Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ġunju 2011 - Otto vs UASI - Nalsani (TOTTO)
(Kawża T-300/110)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Otto GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Schäuble u S. Müller, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Nalsani, SA (Bogota, il-Kolombja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Marzu 2011, fil-Każ R 1291/2010-2;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Nalsani SA.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "OTTO" għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25 - Applikazzjoni Nru 6 212 451
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva nazzjonali "OTTO" għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 18 u 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti. Fl-evalwazzjoni tiegħu tax-xebh viżwali bejn is-sinjali, il-Bord tal-Appell ibbaża ruħu fuq elementi essenzjali żbaljati.
____________