Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 - Patrick Rousseaux vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(Kawża T-125/04)

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Patrick Rousseaux (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Curral u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avocat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' April 2003, li bidlet il-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrent, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad A6, it-tieni skala, safejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha hija tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u safejn ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegat derivanti minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward ta' dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 118, 30.4.2004.