Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Peri vs UASI (Multiprop)

(Kawża T-538/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mogħtija fid-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 1661/2013-1 u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Multiprop” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19, u 37 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 11 587 219

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati:–    ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009;–    ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;–    ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009