Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Sheraton International IP vs UASI – Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

(Kawża T-536/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sheraton International IP LLC (Stamford, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-każijiet magħquda R 240/2013-5 u R 303/2013-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PARK REGIS” għal servizzi fil-Klassijiet 35, 36 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 488 933Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja, reġistrazzjonijiet għal trade marks internazzjonali u t-trade mark notorja “ST REGIS”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.