Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)

(Kawża T-534/14)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bach Flower Remedies Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 2041/2012-2

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “MURNAUERS Bachblüten” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 749 847

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bach Flower Remedies LtdTrade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji, li jinkludu l-element verbali “Bach”, tat-trade mark verbali nazzjonali “Bach” kif ukoll tat-trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ “BACH”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 29, 30, 31, 32, 33, 35, 42 u 44Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009