Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2015 – North Drilling vs Il-Kunsill

(Kawża T-539/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: North Drilling Co. (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 65), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.DispożittivL-Artikolu 1 tad- Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil North Drilling Co.L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/222 u tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 397/2014 inżammu fir-rigward ta’ North Drilling sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appel f’dan it-terminu, saċ-ċ

aħda tal-app

ell.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 303, 8.9.2014.