Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2016 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)

(Kawża T-535/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva VITA+VERDE – Trade mark verbali preċedenti VITAVIT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Cookware Company Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u V. Töbelmann, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2014 (Każ R 1082/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fissler GmbH u The Cookware Company Ltd

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

The Cookware Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 351, 6.10.2014.