Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Peri vs EUIPO (Multiprop)

(Kawża T-538/14)1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multiprop – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”])

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annulament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 1661/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multiprop bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 329, 22.9.2014.