Language of document : ECLI:EU:T:2015:871





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2015 –
North Drilling vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑539/14)

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Żball ta’ evalwazzjoni – Modulazzjoni fiż-żmien tal-effetti ta’ annullament”

1.                     L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 397/2014) (ara l-punti 39-41)

2.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi tal-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn entità li tagħti sostenn finanzjarju lill-Gvern Iranjan – Kwalità ta’ entità miżmuma jew ikkontrollata – Żamma sempliċi ta’ ishma – Esklużjoni (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(c); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 23(2)(d)) (ara l-punti 51-54)

3.                     Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Sostenn għall-attivitajiet nukleari tal-Iran li jippreżentaw riskju ta’ proliferazzjoni – Kunċett – Kummerċjalizzazzjoni ta’ tagħmir u ta’ teknoloġiji essenzjali intiżi għall-industrija tal-gass u taż-żejt – Inklużjoni (Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 20(1)(b); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikoli 8, 23(2)(a), u 49) (ara l-punti 59, 60)

4.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Annullament parzjali ta’ regolament u ta’ deċiżjoni li jikkonċernaw l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran – Teħid ta’ effett ta’ dan l-annullament b’effett mill-iskadenza tat-terminu tal-appell jew taċ-ċaħda tiegħu (It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u l-Artikolu 266 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 397/2014) (ara l-punti 67-70)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 65), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r‑Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 119, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/222/PESK, tas-16 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 397/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil North Drilling Co.

2)

L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2014/222 u tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 397/2014 inżammu fir-rigward ta’ North Drilling sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appel f’dan it-terminu, saċ-ċaħda tal-appell.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.