Language of document : ECLI:EU:T:2016:2





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-14 ta’ Jannar 2016 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)

(Kawża T‑535/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva VITA+VERDE – Trade mark verbali preċedenti VITAVIT – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 19-21, 59, 63)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 25, 27)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva VITA+VERDE u trade mark verbali VITAVIT [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 28, 33, 60, 67)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 32)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punti 34, 35, 61, 62)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Xebh viżiv bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 37)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati –Numru identiku ta’ ittri li jiffurmaw żewġ trade marks verbali – Preżenza ta’ diversi ittri fl-istess ordni [Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 Artikolu 8(1)(b)] (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2014 (Każ R 1082/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fissler GmbH u The Cookware Company Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Cookware Company Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.