Language of document : ECLI:EU:T:2016:117





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tal-1 ta’ Marzu 2016 – Peri/UASI (Multiprop)

(Kawża T‑538/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multiprop – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ dritt u ta’ fatt mhux ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju – Esklużjoni [Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65, § 2] (ara l-punt 11)

2.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Eżami ex officio tal-fatti – Portata – Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa – Assenza – Kontestazzjoni quddiem il-Qorti Ġenerali – Preżentazzjoni ta’ dokumenti insostenn tal-eżattezza tal-fatti magħrufa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 14)

3.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 21, 22)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 33)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 34)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 35)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade Mark verbali Multiprop (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 36, 44, 45, 54)

8.                     Rikors għal annullament – Suġġett – Deċiżjoni bbażata fuq diversi punti ta’ raġunament, li kollha huma suffiċjenti sabiex id-dispożittiv ikun ibbażat fuqhom – Deċiżjoni fil-qasam tal-kisba tat-trade mark Komunitarja – Motivi li jirrigwardaw żball jew illegalità oħra li taffettwa biss wieħed mill-punti ta’ raġunament – Rikors infondat (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7)] (ara l-punt 42)

9.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Evalwazzjoni tal-karattru reġistrabbli ta’ sinjal – Teħid inkunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja biss – Reġistrazzjoni preċedenti tat-trade mark f’ċerti Stati Membri jew pajjiżi terzi – Deċiżjonijiet li ma jorbtux lill-istituzzjonijiet Komunitarji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) (ara l-punt 46)

10.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sovrappożizzjoni tal-kampijiet ta’ applikazzjoni tar-raġunijiet indikati fl-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punti 52, 53)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2010 (Każ R 1661/2013‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multiprop bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.