Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-29 ta’ Awwissu 2016 – F vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-473/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: F

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Domandi preliminari

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/83/KE 1 , fid-dawl tal-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dak li jikkonċerna applikanti għall-ażil li jkunu LGBTI, ma jipprekludix li jiġi stabbilit rapport ta’ perizja psikoloġika forensika, li jittieħed inkunsiderazzjoni, ibbażat fuq testijiet tal-personalità proġettivi, u dan ir-rapport jiġi stabbilit mingħajr ma ssir ebda mistoqsija lill-applikant għall-ażil dwar id-drawwiet sesswali tiegħu u mingħajr ma l-applikant għall-ażil ikun suġġett għal ebda eżami fiżiku?

Fil-każ li r-rapport ta’ perizja msemmi fl-ewwel domanda ma jkunx jista’ jintuża bħala prova, l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/83/KE, moqri fid-dawl tal-Artikolu 1 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma teżisti ebda posssibbiltà, la għall-awtoritajiet nazzjonali, u lanqas għall-qrati, li b’metodi ta’ perizja tiġi eżaminata l-kredibbiltà tal-allegazzjonijiet tal-persuna li tippreżenta applikazzjoni għall-ażil ibbażata fuq il-persekuzzjoni minħabba l-orjentament sesswali, irrispettivament mill-karatteristiċi partikolari tal-metodu ta’ perizja?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).