Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2014 – BSH vs UASI (Wash & Coffee)

(Kawża T-5/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wash & Coffee – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Eżami ex officio tal-fatti – Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Novembru 2011 (Każ R 992/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Wash & Coffee bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.