Language of document : ECLI:EU:T:2013:567





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Andechser Molkerei Scheitz vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑13/12)

“Rikors għal annullament u għad-danni — Saħħa pubblika — Lista tal-addittivi tal-ikel awtorizzati fil-prodotti tal-ikel — Glikosidi tal-istevjol — Rikors inammissibbli jew manifestament infondat”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Assenza — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 30-32, 41)

2.                     Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Intimazzjoni lill-Istituzzjoni — Assenza — Inammissibbiltà (Artikolu 265 TFUE) (ara l-punti 42, 43)

3.                     Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikorsi għal annullament u għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Portata (ara l-punti 46-49, 51-54)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Kundizzjonijiet kumulattivi — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 56, 57)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 58)

6.                     Rikors għad-danni — Danni imminenti u prevedibbli — Konstatazzjoni tar-responsabbiltà tal-Unjoni — Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Ammissibbiltà (Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 59)

7.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Dannu reali u ċert — Oneru tal-prova — Rikors li la jinkludi prova u lanqas offerta ta’ prova — Rikors manifestament infondat fid-dritt (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) u (e)) (ara l-punti 59, 62, 65-69)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1131/2011, tal-11 ta’ Novembru 2011, li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-glikosidi tal-istevjol (ĠU L 295, p. 205), sa fejn dan jippermetti l-użu tal-glikosidi tal-istevjol, estratti mill-weraq tal-pjanta Bertoni Stevia rebaudiana, biss bħala addittivi tal-ikel u mhux bħala ingredjenti veġetali ta’ oriġini agrikola jew bħala preparazzjonijiet aromatizzanti, kif ukoll talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Andechser Molkerei Scheitz GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni.