Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Awwissu 2008 - Hess Group AG vs UASI-Coloma Navarro (COLOMÉ)

(Kawża T-341/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hess Group AG (Berna, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, A. Castán Pérez-Gómez, abogados)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Félix Coloma Navarro (Badajoz, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2008 ġie ppreżentat fit-termini stipulati u skont il-forma prevista u, permezz tal-proċedura rilevanti, tannulla d-deċiżjoni ċċitata u tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li għaliha ġiet ippreżentata talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark verbali "COLOMÉ" (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.140.23) għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed).

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: D. José Félix Coloma Navarro.

Trade mark jew sinjal tal-parti li qed titlob dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade marks figurattivi Spanjoli "COLOMA" għal prodotti fil-klassi 33 (inbejjed).

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : tilqa' t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell : tiċħad l-appell.

Motivi invokati : Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja

____________