Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Three-N-Products vs UASI – Munindra (PRANAYUR)

(Kawża T-543/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PRANAYUR – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti AYUR u trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Ayur, Ayur Naturals Herbals u Aanb – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Three-N-Products Private Ltd (New Delhi, l-Indja) (rappreżentant: N. Colombo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Munindra Holding BV (Lelystad, il-Pajjizi l-Baxxi) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 638/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Three-N-Products Private Ltd u Munindra Holding BV.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Three-N-Products Private Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.