Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2018 – Dyson vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/13 RENV) 1

(“Direttiva 2010/30/UE – Indikazzjoni, permezz ta’ ttikkettjar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott, dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija – Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni li jissupplimenta d-Direttiva – Ittikkettjar enerġetiku tal-vacuum cleaners – Element essenzjali ta’ att ta’ awtorizzazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dyson Ltd (Malmesbury, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, E. Batchelor u M. Healy, solicitors, assistiti minn A. Patsa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, K. Herrmann u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners (ĠU 2013, L 192, p. 1).

Dispożittiv

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 665/2013 tat-3 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-vacuum cleaners, huwa annullat.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

____________

1     ĠU C 344, 23.11.2013.