Language of document : ECLI:EU:T:2013:623





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2013 —
JAS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑573/11)

“Unjoni doganali — Importazzjonijiet ta’ qliezet tal-jeans — Frodi — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1430/79 — Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali — Talba għal maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari — Klawżola ta’ ekwità — Deċiżjoni tal-Kummissjoni”

1.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1430/79 — Portata — Setgħa ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni — Modalitajiet ta’ eżerċizzju — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1430/79, Artikolu 13, u Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punti 51, 52)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Applikazzjoni immedjata ta’ regola ġdida fil-qasam proċedurali — Retroattività ta’ regola sostantiva — Kundizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fil-qasam tal-maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1430/79, Artikolu 13, u Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punt 53)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ talba għal rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni (Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1430/79, Artikolu 13, u Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punti 73, 85)

4.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Riferiment lill-Kummissjoni fil-każ ta’ talba għal rimbors — Insuffiċjenza tal-elementi ta’ informazzjoni pprovduti mill-awtorità nazzjonali — Possibbiltà għall-Kummissjoni, fuq talba tal-persuna taxxabbli, li titlob it-trażmissjoni ta’ elementi oħra sabiex tistabbilixxi l-eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1430/79, Artikolu 13, u Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punt 93)

5.                     Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni — Eżistenza ta’ sitwazzjoni partikolari — Kunċett — Invokazzjoni ta’ ksur, mill-awtoritajiet doganali, tar-regoli tad-dritt nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud — Nuqqas ta’ produzzjoni ta’ elementi li jistabbilixxu l-possibbiltà ta’ nuqqas ta’ tnissil tad-dejn doganali f’ċirkustanzi oħra — Esklużjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1430/79, Artikolu 13, u Nru 2913/92, Artikolu 239) (ara l-punti 110, 116, 117, 119)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Awwissu 2011, li tikkonstata, f’każ partikolari, li ma huwiex ġustifikat li jinħafru d-dazji fuq l-importazzjoni (Każ REM 01/2008).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

JAS Jet Air Service France (JAS) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.