Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2007 - Okalux vs L-UASI - Messe Düsseldorf (OKATECH)

(Kawża T-419/07)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Okalux GmbH (Marktheidenfeld, Il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Beckensträter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Messe Düsseldorf GmbH

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tat-3 ta' Settembru 2007, li tinstab fil-faxxikolu R 766/2007-02, innotifikata fit-18 ta' Settembru 2007, kif ukoll tirrispinġi l-applikazzjoni għal revoka parzjali tat-trade mark Komunitarja Nru 915058 16 ta' Diċembru 2006, fuq il-bażi tan-nota dwar il-motivi tar-rikors ippreżentata fis-16 ta' Mejju 2007;

sussidjarjament, tibgħat il-kawża lid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni sabiex din tiddeċiedi fuq ir-rikors propost fis-16 ta' Mejju 2007;

tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell iħallas l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti prinċipali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta' talba ta' dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark verbali "OKATECH" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 19 u 42 (trade mark Komunitarja Nru 915058)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja : ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Messe Düsseldorf GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark in kwistjoni għal servizzi tal-klassi 42; revoka ta' deċiżjoni bħal din fir-rigward ta' l-ispejjeż

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : ċaħda tar-rikors bħala inammissibbli

Motivi dedotti: b'mod partikolari, il-ksur ta' l-Artikoli 57 u 77a tar-Regolament Nru 40/941, kif ukoll ksur tad-dritt tas-smigħ.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).