Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fit-30 ta’ Mejju 2023 – Horyznt Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty vs LC

(Kawża C-339/23, Horyzont)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Sąd odsyłający

Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horyzont Niestandaryzowany Sekurytyzacyjny Fundusz Inwestycyjny Zamknięty    

Konvenut: LC

Domanda preliminari

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill87/102/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tal-kreditur li jivverifika l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur (min jissellef) huwa ekwivalenti għall-obbligi l-oħra previsti minn din id-direttiva (b’mod partikolari l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikoli 10 et seq.), fis-sens li s-sanzjonijiet li jirreferi għalihom l-Artikolu 23 ta’ din id-direttiva ma jistgħux ikunu differenti, jiġifieri li ma jistgħux jipprevedu konsegwenzi legali differenti fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ kull obbligu previst separatament?

____________

1     ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40 u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.