Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Jannar 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad - il-Bulgarija) – Proċeduri kriminali kontra M.S.S. et

(Kawża C-338/23 1 , Bravchev 2 )

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali – Nuqqas manifest ta’ kompetenza – Rekwiżit li jiġu ppreżentati l-kuntest leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski gradski sad

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

M.S.S. et

Fil-preżenza ta’: Sofiyska gradska prokuratura

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex kompetenza sabiex tirrispondi għar-raba’ domanda magħmula mis-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-25 ta’ Mejju 2023.

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-mis-Sofiyski gradski sad (il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija) hija manifestament inammissibbli fir-rigward tad-domandi l-oħra magħmula minn din il-qorti.

____________

1     ĠU C 304, 38.8.2023.

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.