Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

(Kawża T-386/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ – Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE – Lingwa tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Terminu – Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell – Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nruº2868/95 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja) (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL.Dispożittiv1)    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del

Val, SL

hija annullata.2)    L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Elite Licensing Company.3)    Aguas de Mondariz Fuente del Val għandha tbati l-ispejjeż tagħha.