Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-387/12) 1

[“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Frott u ħxejjex – Settur tal-ipproċessar tat-tadam – Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi – Infiq mill-Italja – Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 – Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Korrezzjoni b’rata fissa”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 165, p. 83).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.