Language of document : ECLI:EU:T:2015:71





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 —
L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑387/12)

“FAEGG — Taqsima ‘Garanzija’ — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Frott u ħxejjex — Settur tal-ipproċessar tat-tadam — Għajnuna lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi — Infiq mill-Italja — Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 — Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Korrezzjoni b’rata fissa”

1.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 34-37, 43, 49, 61)

2.                     Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Finanzjament mill-FAEGG, mill-FAEG u mill-FAEŻR — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq li jirriżulta minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Konstatazzjoni ta’ nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll implementata minn Stat Membru — Possibbiltà, għall-Kummissjoni, li tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq kollu — Applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa — Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Assenza (Regolamenti tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 7(4), u Nru 1290/2005, Artikolu 31) (ara l-punti 55, 64, 68)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/336/UE, tat-22 ta’ Ġunju 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 165, p. 83).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.