Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Jannar 2010 - Escola Superior Agrária de Coimbra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/09 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Programme Life - Rimbors ta' parti mis-somom imħallsa - Ordni ta' rkupru - Nota ta' debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Escola Superior Agrária de Coimbra (Coimbra, il-Portugall) (rappreżentant: J. Pais do Amaral, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u J.-B. Laignelot, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet li jikkontjenu, rispettivament, l-ittra tal-Kummissjoni D (2009) 224268, tad-9 ta' Settembru 2009, li għandha bħala suġġett ordni ta' rkupru, u n-nota ta' debitu tal-Kummissjoni Nru 3230909105, tal-11 ta' Settembru 2009, għall-ammont ta' EUR 327 500.35.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________