Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2013 – Sanctuary Brands vs UASI – Richter International (TAILORBYRD)

(Kawża T-594/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanctuary Brands LLC (New Canaan, l-Istati Uniti) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Richter International Ltd (Scarborough, il-Kanada)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Awwissu 2013, fil-Każ R 1625/2012-1;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TAILORBYRD” għal prodotti fil-klassi 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 325 507

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrentiTrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva mhux irreġistrata li tinkludi l-element verbali “TAILORBYRD”, it-trade mark verbali mhux irreġistrata u l-isem kummerċjali “TAILORBYRD” u l-isem tal-kumpannija “Tailorbyrd, LLC”, użata fil-kummerċ fir-Renju Unit għal “ħwejjeġ, qomos”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.