Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2013 – BSH Bosch u Siemens Hausgeräte vs UASI – LG Electronics (compressor technology)

(Kawża T-595/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LG Electronics, Inc. (Seul, il-Korea t’Isfel)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “compressor technology” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 420 151Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: LG Electronics, Inc.Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali “KOMPRESSOR PLUS” u “KOMPRESSOR” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjal

ment miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.