Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – BSH vs UASI – LG Electronics (compressor technology)

(Kawża T-595/13)1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva compressor technology – Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KOMPRESSOR – Raġuni relattiva għal rifjut – Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Fischer u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn LG Electronics, Inc. u BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.