Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2015 – Siemag Techberg Group vs UASI (Winder Controls)

(Kawża T-593/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Winder Controls – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(c) u (b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 135a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Talba għal smigħ ifformulata b’mod prematur fir-rikors”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Siemag Tecberg Group GmbH (Haiger, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1261/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Winder Controls bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Siemag Tecberg Group GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).