Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Notariusz w Krapkowicach Justyna Gawlica - Krapkowice (il-Polonja) fis-27 ta’ Marzu 2024 – N.T. et

(Kawża C-240/24, BNP Paribas Fortis)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Notariusz w Krapkowicach Justyna Gawlica - Krapkowice

Partijiet fil-kawża prinċipali

N.T., O.T., S.T., BNP Paribas Fortis SA/NY

Domandi preliminari

L-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li organu ekstraġudizzjarju li joħroġ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni huwa intitolat, fi proċeduri ta’ revoka jew modifika tal-imsemmi ċertifikat, jaġixxi skont l-Artikolu 267 TFUE billi jressaq domanda preliminari?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 650/2012 jippermetti li l-ispejjeż proċedurali għal revoka jew modifika ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jiġu imposti fuq bank li ma kienx ħa sehem fil-proċedura għall-għoti taċ-ċertifikat, ma kienx ippreżenta applikazzjoni għal revoka jew modifika iżda esprima dubji dwar l-effetti ta’ leġittimità taċ-ċertifikat maħruġ lilu b’tali mod li wassal lill-organu li joħroġ iċ-ċertifikat jibda ex officio proċeduri għar-revoka jew modifika taċ-ċertifikat immexxija bil-parteċipazzjoni ta’ dan il-bank?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-Artikolu 69(2) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li bank li lilu ġiet ippreżentata kopja ċċertifikata valida ta’ Ċertifikat ta’ Ewropew tas-Suċċessjoni, ma huwiex intitolat jesprimi dubji dwar l-istatus ta’ werriet tal-persuna identifikata fiċ-ċertifikat?

____________

1     ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3, u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140.