Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2011 - Caventa vs UASI - Anson's Herrenhaus (BERG)
(Kawża T-225/11)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Caventa AG (Rekingen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anson's Herrenhaus KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni), tal-10 ta' Frar 2011, fil-Każ R 1491/2010-1;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Caventa AG.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Il-kelma "BERG" għal prodotti fil-klassijiet 25 u 28 (Applikazzjoni Nru 7 124 084)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Anson's Herrenhaus KG
Trade mark jew sinjal invokat: Il-kelma "Christian Berg" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 25 u 35 (Trade mark Komunitarja Nru 338 36 76), filwaqt li l-oppożijjoni hija diretta kontra r-reġistrazzjoni ta' prodotti fil-klassijiet 25 u 28.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2099, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kkonsolidata) (ĠU L 78, p.1).