Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Ottubru 2008 - Wilms vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/04)1

("Rikors għal annullament - Rikors għad-danni - Servizz pubbliku - Promozzjoni - Għoti ta' punti ta' prijorità")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Günter Wilms (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel M. van der Woude u V. Landes, wara M. van der Woude, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: l-ewwel H. Tserepa-Lacombe u V. Joris, wara V. Joris u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament

tad-deċiżjoni tad-direttur ġenerali tas-servizz ġuridiku tal-Kummissjoni li jagħti lir-rikorrent punt wieħed ta' prijorità tad-direttorat ġenerali fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, ikkomunikata fit-2 ta' Lulju 2003, ikkonfermata b'deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra nnotifikata fid-19 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità speċjali għal xogħol supplementari fl-interess tal-istituzzjoni fil-proċedura ta' promozzjoni 2003, innotifikata permezz tas-sistema Sysper 2, fid-19 ta' Diċembru 2003;

tad-deċiżjonijiet segwenti: id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tagħti lir-rikorrent 19-il punt fil-proċedura ta' promozzjoni 2003; il-lista ta' mertu tal-uffiċċjali fil-grad A 6 fil-proċedura 2003, ippubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 69-2003, tat-13 ta' Novembru 2003 il-lista ta' uffiċċjali promossi għall-grad A 5 fil-proċedura 2003 u ppubblikata fil-bullettin Informations administratives Nru 73-2003 tas-27 ta' Novembru 2003; fi kwalunkwe każ, id-deċiżjoni li ma jkunx inkluż isem ir-rikorrent fl-imsemmija listi;

safejn hu meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta' Ġunju 2004 li tiċħad il-kontestazzjoni mressqa fit-12 ta' Frar 2004 mir-rikorrent;

tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta' April 2007 li ma tagħti lir-rikorrent l-ebda punt ta' prijorità supplementari fil-proċedura ta' promozzjoni 2003;

u intiża sabiex jingħata kumpens ta' EUR 5 000.

Dispożittiv

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu t-total tal-punti ta' promozzjoni tar-rikorrent għal 19-il punt u li jirrifjutaw li dan ikun inkluż fil-lista tal-uffiċċjali promossi għall-grad A 5 fil-proċedura ta' promozzjoni 2003 huma annullati.

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 273, 6.11.2004.